Saturday, February 1, 2025

Immultata wara li ammettiet li saqet għal fuq raġel waqt li kienet fis-sakra

Aqra wkoll

Mara ta’ 41 sena residenti r-Rabat kienet immultata €2,650 wara li tressqet il-Qorti mixli li waqt li kienet fis-sakra, allegatament saqet għal fuq missier uliedha u insultat pulizija. Fil-Qorti ingħad li l-każ seħħ f’Lulju ta’ sentejn ilu fil-Buskett.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Roderick Attard spjegat li l-Pulizija rċivew rapport mingħand il-mara u r-raġel u li r-rapport sar, hekk kif ir-raġel mar jieħu t-tifel mingħand ommu.

Meta marru fuq il-post, il-Pulizija sabu li l-mara kienet fi stat ħażin u li t-tifel li kien minuri kellu paniku kbir. L-Ispetur Attard spjega li l-Pulizija talbu lil missier sabiex jitlaq minn fuq il-post. Ingħad li meta kkienet mitkellma mill-Pulizija, il-mara ammetiet li saqet fuq ir-raġel

Ġie spjegat li ftit tas-sigħat wara l-omm marret tara x’sar minn binha l-minuri u spiċċat tgħajjar lil pulizija mara u tefgħatilha l-biljett li tatha f’wiċċha. Kien hemm fejn il-mara ġiet arrestatha u nżammet f’lock up sabiex tiġi invistata.

Il-mara kienet mixlija li kienet fis-sakra, li inġurjat jew heddet lill-eks raġel u lill-pulizija, li kkaġunat ħsara b’dannu għall-eks raġel, li offendiet pulizija u li saqt taħt l-effett tax-xorb.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Monica Vella sabet lil mara ħatja tal-akkużi kollha miġjuba kontrih.L-imutata kienet immultata €850 talli kienet xurbana, talli inġurjat lill-eks raġel u pulizija u talli offendiet pulizija kif ukoll €1,800 talli saqet waqt li kienet xurbana.

Il-Maġistrat Vella obbligatha taħt piena ta’ €1,000 biex ma ddejjaqx lill-pulizija għal perjodu ta’ 12-il xahar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport