Sunday, November 24, 2024

Imniedi l-Fond għall-Iżvilupp u l-Innovazzjoni fil-Komunità

Aqra wkoll

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti nieda mill-ġdid il-Fond għall-Iżvilupp u l-Innovazzjoni fil-Komunità.

Dan il-Fond joffri opportunità lill-għaqdiet volontarji sabiex jiksbu appoġġ finanzjarju għall-proġetti innovattivi fil-komunità. L-għan ta’ dan il-fond huwa li jiġu implimentati proġetti li jiffukaw fuq l-iżvilupp, ir-riċerka u l-innovazzjoni li jwasslu għal komunitajiet aktar sostenibbli u kreattivi.

Permezz ta’ dan il-Fond, għadd ta’ għaqdiet volontarji rnexxielhom iwettqu proġetti li tejbu l-ħajja ta’ ħafna nies fil-komunitajiet madwar Malta u Għawdex. Għal din is-sena hemm allokat total ta’ €300,000 u kull proġett se jkun eliġibbli għal massimu ta’ €8,000.

Is-segretarju parlamentari stqarr li, “Din l-inizjattiva diġà ħalliet impatt pożittiv fil-komunitajiet tagħna. Għadd ta’ għaqdiet volontarji diġà gawdew minn din l-iskema u rnexxielhom iwettqu proġetti li tejbu l-ħajja ta’ ħafna nies. Għaldaqstant inħeġġeġ aktar għaqdiet volontarji biex japplikaw għall-fondi minn din l-iskema sabiex iwettqu aktar proġetti fil-komunitajiet tagħna.”

Għal aktar informazzjoni żur is-sit: youths.gov.mt/services/.

Sport