Ir-raġel li lbieraħ waqa’ sular u nofs f’San Ġiljan miet fis-sigħat li għaddew. Il-pulizija fi stqarrija qalu li bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia.
Il-bieraħ: Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn għoli ta’ sular u nofs f’San Ġiljan
Raġel li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa jinsab fil-periklu tal-mewt, wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:30 a.m kien involut f’inċident fi Triq Dragunara f’San Ġiljan.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li r-raġel waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs waqt li kien qed jistrieħ fuq ċint.
Tim mediku ġie msejjaħ fuq il-post u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.