Sunday, December 22, 2024

Imut ir-raġel li waqa’ meta kien tiela’ t-taraġ tar-residenza tiegħu

Aqra wkoll

Ir-raġel ta’ 63 sena li waqa’ f’residenza f’Kerċem sfortunatament tilef ħajtu fl-isptar.

L-inċident kien seħħ it-Tlieta li għadda, għall-ħabta tas-7.30 p.m., fi Triq il-Gamiem.

Mill-istħarriġ tal-pulizija kien irriżulta li r-raġel ta’ 63 sena kien waqa’ meta kien tiela’ t-taraġ tar-residenza tiegħu.

L-inkjesta maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport