Monday, May 13, 2024

In-Nazzjonijiet Uniti tiddikjara li issa l-ebda pajjiż m’għadu juża l-petrol taċ-ċomb

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti qal li issa ma fadal l-ebda pajjiż li għadu juża l-petrol taċ-ċomb għall-karozzi u trakkijiet. Dan it-tip ta’ fjuwil kien is-sors ta’ tniġġis kbir fl-arja, fil-ħamrija u fl-ilma. Apparti hekk, kien instab ukoll li dan il-fjuwil jikkawża problemi fil-qalb, kanċer u anke puplesiji kif ukoll jikkontribwixxi għal problemi f’iżvilupp tat-tfal.

Għadd ta’ pajjiżi sinjuri ilhom mis-snin 80 li waqqfu l-użu tal-petrol taċ-ċomb, iżda l-Alġerija – l-aħħar pajjiż fid-dinja li kien għadu juża dan il-fjuwil – waqaf jużah f’Lulju li għadda.

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti António Guterres qal li l-eradikazzjoni ta’ dan il-fjuwil huwa “suċċess internazzjonali”. Huwa qal li, “it-twaqqif ta’ dan il-petrol qed jipprevjeni miljuni ta’ mwiet prematuri kull sena minn attakki tal-qalb, puplesiji u kanċer kif ukoll se jipproteġi lit-tfal.”

Iċ-ċomb kien beda jiġi miżjud mal-petrol fil-bidu tas-snin 20 u dan biex itejjeb il-prestazzjoni tal-magni.  

Sport