Wednesday, July 24, 2024

Inawgurat it-titjib fil-faċilitajiet sportivi tal-Fgura United Football Club

Aqra wkoll

Fil-Fgura United FC issokta l-investiment biex il-faċilitajiet tagħhom jibqgħu joffru l-aqwa ambjent lill-isportivi li jagħmlu użu minnhom, b’mod prinċipali lil mijiet ta’ tfal li ta’ kuljum, mhux biss jitħarġu fil-football, iżda anke jkabbru l-ħiliet soċjali tagħhom.

L-inawgurazzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet saret mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri u mill-President tal-Malta Football Association Bjorn Vassallo, flimkien mal-President tal-Fgura United FC Larkin Bonnici u l-Membri l-oħra tal-Kumitat.

Mat-tim prinċipali, llum fil-Fgura United FC hemm nursery li tattira lejha numru kbir ta’ tfal u żgħażagħ, li jipparteċipaw fit-taħriġ u l-kompetizzjonijiet tal-futball, kif ukoll f’inzjattivi soċjali u extra-kurrikulari li ta’ kuljum ikunu organizzati mill-istess klabb.

Is-Sur Bjorn Vassallo feraħ lil Fgura United FC għall-impenn muri biex jibqgħu jżommu klabb ħaj, li joffri l-aqwa faċilitajiet sportivi, filwaqt li anke baqa’ jkun innovattiv fl-ideat tiegħu, inkluż fl-oqsma soċjali.

Is-Sur Vassallo qal li dan hu t-timbru tal-Fgura United FC, u awgura biex dawn il-valuri jibqgħu isawru il-ħidma ta’ tant voluntiera li ta’ kuljum jaħdmu fil-klabb. Hu temm jgħid li l-Malta Football Association se tibqa’ ta’ sostenn għall-Fgura United FC u l-bqija tal-klabbs l-oħra tal-football biex kulħadd ikollu ċ-ċans jilgħab u jikber fil-futbol.

Is-Sur Larkin Bonnici irrikonoxxa l-impenn ta’ tant voluntiera li ta’ kuljum jaħdmu fil-Fgura United FC. Is-Sur Bonnici spjega kif din il-ħidma tispikka meta is-sagrifiċċji jissarfu fi proġetti li minnhom tgawdi s-soċjetà.

Hu kompla jgħid kif it-titjib fil-faċilitajiet sportivi tal-klabb tal-futbol li hu responsabbli minnu huma ħolqa fil-katina ta’ xogħlijiet li jsiru fil-Fgura United FC.

Mal-impenji tal-iskwadra ċentrali u l-kompetizzjonijiet marbuta magħha, fil-Fgura United FC jibqgħu jispikkaw l-inizjattivi soċjali, bħal ma’ huma l-maratoni organizzati mill-klabb għal skopijiet filantropiċi, kif ukoll is-sħubija ma’ għaqdiet volonatarji oħra biex il-Fgura United FC jibqa’ klabb aċċessibbli minn kulħadd, fid-diversi sferi tal-ħajja soċjali.

Ekonomija

Sport