Friday, November 1, 2024

Inawgurat proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali għal 27 familja fiż-Żurrieq

Aqra wkoll

Fiż-Żurrieq, b’investiment ta’ €3.5 miljun, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes inawgura proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali ġdid li jġib l-isem tal-eks-Prim Ministru ta’ Malta Karmenu Mifsud Bonnici.

Il-Ministru Roderick Galdes saħaq kif dan il-proġett se jfisser li 27 familja se jkunu qegħdin jingħataw l-opportunità li jibdew ħajja ġdida taħt saqaf diċenti u dinjituż. Huwa semma kif dan il-proġett fiż-Żurrieq, li jinkludi fih 20 garaxx, huwa parti mill-investiment li qed jkompli jsir fl-akkomodazzjoni soċjali.

Il-Ministru enfasizza kif l-għan tal-Gvern, flimkien mal-Awtorità tad-Djar, mhuwiex biss li jinbnew binjiet għall-akkomodazzjoni soċjali ġodda, iżda li dawn jingħataw lil dawk li verament qegħdin fil-bżonn sabiex jingħataw spinta ’l quddiem biex jgħixu ħajja ta’ kwalità. “Dan hu dak li nfissru meta bħala Gvern nitkellmu fuq ġustizzja soċjali,” temm jgħid il-Ministru Roderick Galdes

Il-familji li se jkunu qed jidħlu f’dan l-akkomodazzjoni soċjali għaddew mill-proċess tal-applikazzjoni u verifiki u skont l-istrateġija ta’ allokazzjoni li ġiet imnedija fl-2021.

Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm is-Segretarju Permanenti Emanuel Psaila.

Sport