Thursday, April 18, 2024

Indjan jerbaħ kawża fuq 25ċ li ħallas żejda għall-ferrovija wara 22 sena l-Qorti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Indjan ta’ 66 sena rebaħ kawża kontra kumpanija tal-ferroviji wara li ntalab iħallas 25 ċenteżmu aktar milli suppost.

L-Avukat Tungnath Chaturvedi fetaħ il-kawża 22 sena ilu wara li sostna li l-kumpanija North East Railway żammiltu aktar milli suppost.

Jidher li l-persuna inkarigata mill-biljetti tah bqija żbaljata u għalkemm l-avukat ilmenta dwar dan baqa’ ma ngħatax il-flus lura.

Wara 120 seduta, il-qorti li tisma’ l-kawżi mressqa mill-konsumaturi kkonkludiet li kellu raġun u ordnat lill-kumpanija tagħti l-25 ċenteżmu lir-raġel. Barra minn hekk, il-qorti ordnat lill-kumpanija tal-ferroviji biex il-bqija jitħallsu b’interessi ta’ 12 fil-mija fuq medda ta’ 22 sena. Hija wissiet lill-kumpanija li jekk ma tħallsux fi żmien 30 jum ir-rata tal-interessi togħla għal 15%.

Minkejja dan kollu, ir-raġel qal li l-kumpens li se jingħata mhux biżżejjed għat-tbatija li kellu jgħaddi minnha f’dawn is-snin kollha.

Ekonomija

Sport