Saturday, March 22, 2025

Infermier jinżamm arrestat … mixli li ħebb għal kollega b’sikkina li tintuża fl-operazzjonijiet 

Aqra wkoll

Infermier ta’ 36 sena mill-Indja residenti l-Gżira nżamm arrestat wara li tressaq iil-Qortii mixli li ħebb għal kollega ta’ 41 sena, ukoll mill-Indja, b’sikkina li tintuża fl-operazzjonijiet ġewwa l-Isptar Mater Dei 

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Michael Vella spejgat li l-każ seħħ jumejn ilu, fejn allegatament,  l-Indjan li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti kkaġuna ġrieħi gravi lill-vittma. 

Quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, l-imputat wieġeb li mhuwiex ħati tal-akkkużi miġjuba kontrih, bid-Difiża mmexxija mill-Avukat Amadeus Cachia ma tagħmel ebda talba għall-ħelsien mill-arrest 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport