Thursday, July 2, 2026

‘Inħossni kburi ħafna, li rnexxielna nsiru l-ewwel tim li rbaħna l-Kampjonat Nazzjonali sentejn infila’ – Matthew Agius

Aqra wkoll


Minn Cristian Muscat

Il-Ħadd filgħaxija, Sliema rebħu l-Kampjonat Nazzjonali tal-Beach Soccer tal-Irġiel meta fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa, huma għelbu lil La Playa de Arena bl-iskor ta’ 3-1 wara l-ħin barrani.

Proprju rigward dan, dan is-sit tkellem mal-captain ta’ Sliema Beach Soccer, Matthew Agius, li tana iktar dettalji. Fi kliemu:

“Nibda billi nirringrazzja lill-Malta Beach Soccer tal-organizzazzjoni tal-Kampjonat, kif ukoll lit-timijiet kollha li pparteċipaw li flimkien irnexxielna noħolqu atmosfera li ħalliet lil kull min segwa l-istaġun fuq ix-xwiek.”

“Minn aspett tat-tim tiegħi, ovvjament inħossni kburi ħafna, li ftit ġimgħat wara li rnexxielna niktbu l-istorja billi sirna l-ewwel tim Malti li rbaħna logħba fl-ogħla kompetizzjoni (Euro Winners Cup), irnexxielna wkoll nsiru l-ewwel tim li rbaħna l- Kampjonat Nazzjonali sentejn infila. Il-ħidma tagħna bħala tim tkompli biex nippreparaw għal staġun ġdid lokalment u anke fl-Ewropa.”

“Minn aspett personali, jien u l-players tagħna Maltin nippreparaw sabiex inkunu nistgħu nkunu parti mit-tim nazzjonali Malti li ħa jikkompeti ġewwa Georgia matul dan ix-xahar.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport