Thursday, July 2, 2026

Jintemm il-workshop dwar il-ħaddiema tal-pjattaforma

Aqra wkoll

Il-workshop immexxi mill-General Workers’ Union dwar il-ħaddiema tal-pjattaforma ġie fi tmiemu l-Erbgħa b’diversi interventi inkluż minn ħaddiema li jaħdmu f’dan is-settur. Dawn il-ħaddiema qasmu l-esperjenzi tagħhom dwar il-problemi li jaffaċċjaw fil-kors tax-xogħol tagħhom. Fl-istess waqt li rringrazzjaw lill-GWU talli qiegħda tkompli tiġġieled għad-drittijiet tal-ħaddiema u ssemma’ wkoll leħinhom. 

Dan il-workshop ta’ jumejn sar bħala parti mill-proġett “Supporting Social Dialogue in the Age of Platform Work and Flexible Employment – SSD” li qiegħda tagħmel l-istess unjin. Proġett li huwa ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.

Fis-sessjoni tal-bieraħ saru wkoll diversi diskussjonijiet fosthom dwar id-definizzjoni u l-isfidi li jaffaċċjaw il-ħaddiema tal-pjattaforma, u kif ukoll saru rakkomandazzjonijiet biex jitjiebu aktar il-policies f’dan ir-rigward.

Andre Callus mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza ta perspettiva dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza fil-kuntest tal-ħaddiema li jaħdmu f’dan il-qasam u anke fejn jidħol il-flessibilità fuq il-post tax-xogħol. 

Il-workshop ġie fi tmiemu b’diskors mis-Segretarju tat-Taqsima Gvern, Entitajiet Pubbliċi u Saħħa fi ħdan il-GWU Kendrick Bondin, li bħala l-koordinatur ta’ dan il-proġett irringrazzja lil kull min ipparteċipa u ta sehmu anke fid-diskussjonijiet li saru.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport