Thursday, February 13, 2025

Inizjattiva ta’ ħlewwiet u affarijiet bl-idejn magħmula mill-priġunieri għal Jum San Valentinu

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Għat-tieni sena konsekuttiva, mill-gabbana li tintrama’ quddiem il-ħabs, il-pubbliku se jkun jista’ jixtri pasti, figolli u cupcakes fl-okkażjoni ta’ Jum San Valentinu. Din l-inizjattiva niżlet tajjeb ma’ ħafna persuni li waqfu biex jixtru dawn il-prodotti friski magħmula bi mħabba mill-forn tal-ħabs. Minbarra f’dawn il-ħlewwiet, wieħed jista’ wkoll jixtri rigali magħmula bl-idejn mis-sezzjoni tan-nisa tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. 

Dan is-sit illum mar jara l-ħidma li kienet għaddejja minn din il-gabbana fejn seta’ jinnota illi din l-inizjattiva ntlaqgħet b’mod pożittiv min-nies. Tkellimna wkoll mal-uffiċjal veteran tal-Faċilità, is-Sur Charles Bonnici.

Huwa stqarr li: “Għamilna pasti varjati, figolli u xi cupcakes, kollha relatati mal-festa tal-imħabba. Għandna wkoll is-sezzjoni tan-nisa li għamlu qlub bil-kwotazzjonijiet Maltin.”

Intant, il-gabbana se tkun miftuħa wkoll għada f’Jum San Valentinu, fejn ma jonqsux il-famużi Qagħaq tal-Appostli, figolli u pasti oħra.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport