Instabu l-fdalijiet ta ajruplan wara 74 sena

Aqra wkoll

Il-fdalijiet ta’ ajruplan tal-linja tal-ajru Pan American Airways instabu 74 sena wara li niżel fl-Oċean Atlantiku f’ħabta li wasslet għal briefings obbligatorji dwar is-sigurtà tal-linji tal-ajru. Il-Clipper Endeavor instab 2,000 pied fil-qiegħ tal-baħar ’il barra mill-kosta ta’ Puerto Rico minn drone mgħammar b’sonar. L-ajruplan kien ikkraxxja fil-11 ta’ April 1952 wara ħsara kbira fil- magni ftit wara t-tluq.

Kulħadd abbord salva mill-impatt – iżda l-passiġġieri ma setgħux isibu l-ġgieget tas-salvataġġ u r-rafts waqt li l-ajruplan għereq malajr. Mis-69 passiġġier u l-ekwipaġġ abbord, 17 biss kienu lisalvaw.

Dan id-diżastru wassal għal riformi estensivi fis-sigurtà tal-avjazzjoni, inklużi sessjonijiet obbligatorji ta’ informazzjoni dwar is-sigurtà qabel it-titjira fuq kull titjira kummerċjali.

L-ispedizzjoni biex jinstabu l-fdalijiet tmexxiet mill-Air/Sea Heritage Foundation fi sħubija mal-programm Expedition Unknown tad-Discovery Channel u diversi organizzazzjonijiet oħra.

Ix-xahar li għadda, l-esploraturi skoprew il-fdalijiet tal-ajruplan ieħor Douglas DC-4 bl-użu ta’ drone sonar awtonomu li skopra l-fuselage u d-denb tal-ajruplan. Dan kien qed iġorr 64 passiġġier u ħames membri tal-ekwipaġġ lejn New York meta l-pilota kien sfurzat jagħmel inżul vjolenti fuq l-ilma.

Il-konfużjoni li segwiet serviet ta’ “katalist” għal regolamenti moderni li nkudew tagħmir aħjar għaż-żamma ta l-ajruplani f’wiċċ l-ilma u struzzjonijiet qabel it-titjira dwar kif għandu jintuża dan it-tagħmir. 

Illum, qabel kull titjira kummerċjali, l-ekwipaġġ tal-kabina huwa meħtieġ jispjega fejn jinsabu l-ħruġ tal-ajruplan, kif ukoll il-post fejn jinżammu l-ġgieget tas-salvataġġ u l-mod kif jintefħu.

Kull min jitla’ fuq ajruplan illum, ikun aktar sigur grazzi għal dak li ġara lill-Clipper Endeavor u lill-passiġġieri tiegħu tliet kwarti ta’ seklu ilu. 

Ir-riċerkaturi użaw rekords storiċi u data meteoroloġika mill-mument tal-kraxx biex jidentifikaw iż-żona ta’ 10 mili nawtiċi kwadri fuq qiegħ l-Oċean Atlantiku fejn x’aktarx kienu jinsab il-fdalijiet tal-ajruplan.

Tentattiv biex jinstabu l-fdalijiet fl-2024 kien ġie abbandunat minħabba kundizzjonijiet ħżiena tat-temp iżda t-tim ta riċerkaturi kien determinat li jerġa’ jipprova qabel il-ħamsa u sebgħin anniversarju tat-traġedja.

Din is-sejba tista’ toffri tama ġdida lill-familji tal-passiġġieri ta’ ajruplani oħra li huwa maħsub li ġġarrfu fl-oċean, bħat-titjira 370 tal-Malaysia Airlines. Dan l-ajruplan sparixxa 12-il sena ilu b’269 persuna abbord u, minkejja bosta tfittxijiet fl-Oċean Indjan, għadu ma nstab xejn.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport