Saturday, May 18, 2024

Inter iridu jiffirmaw lill-goalkeeper Krepski Bento

Aqra wkoll

Inter qed jaraw il-profil tal-goalkeeper Brażiljan Bento Krepski. Dan tal-aħħar għandu 24 sena u bħalissa qed jilgħab ma’ Athletic Paranense.

Dan il-goalkeeper kien ferm viċin li jingħaqad man-Nerazzurri fis-sajf li għadda iżda l-istess klabb Brażiljan waqqaf din l-operazzjoni. Minkejja kollox, Bento jixtieq jagħmel iċ-ċaqliqa bid-diriġenti Brażiljani li għarfu li ma jistgħux iżommu lill-plejer bilfors.

Huwa għalhekk li f’Jannar li ġej id-diriġenti Beppe Marotta u Piero Ausilio se jkollhom kuntatt mal-aġent tiegħu.

Sport