Monday, May 13, 2024

Qassis jitlob skuża wara li għamel ħerba bil-qara’ aħmar

Aqra wkoll

Qassis Kattoliku skuża ruħu mat-tfal tal-lokal wara li rrabja u qabeż fuq  il-qara’ aħmar li ġew imnaqqxa forma tas-skeletru mit-tfal stess għal festa tal-Halloween. Is-saċerdot, Jaromir Smejkal, qal li dan għamlu fil-jumejn tal-Halloween, wara li l-qara aħmar tħallew f’park, f’raħal fir-Repubblika Ċeka.

F’ittra li bagħat lis-sindku tal-belt, il-qassis skuża ruħu għall-vandaliżmu illi għamel. Żied jgħid, li kien jaġixxi b’mod differenti li kieku kien jaf li l-qara’ aħmar ġew minquxin mit-tfal. Qal ukoll li aġixxa skont il-fidi u d-dmir tiegħu li jkun missier u protettur tat-tfal fdati lilu u dak il-ħin ħass li kellu jnneħħi dawk is-simboli. 

Huwa sostna li t-tradizzjoni moderna tal-Halloween kienet qed tmur kontra l-festa Kattolika ta’ Jum l-Erwieħ Kollha.Żied jgħid li qatt ma kienet l-intenzjoni tiegħu li jagħmel ħsara lil xi ħadd, aktar u aktar lit-tfal. 

Ir-Repubblika Ċeka hija meqjusa bħala waħda mill-inqas pajjiżi reliġjużi fid-dinja. Minkejja dan, it-tradizzjoniijiet, bħal Jum l-Erwieħ Kollha, għadhom sal-llum-il ġurnata jiġu ċċelebrati.

Sport