Saturday, May 18, 2024

Inter jitterminaw il-kuntratt ta’ Alexis Sanchez

Aqra wkoll

Inter itterminaw il-kuntratt tal-attakkant internazzjonali Ċilen, Alexis Sanchez, hekk kif fadallu sena oħra biex isir player liberu.

Jidher li d-destinazzjoni tiegħu hija fi Franza ma’ Olympique Marseille.

Peró dan id-“divorzju” se jiswa lill-club minn Lombardia s-somma ta’ €4.5 miljuni.

B’hekk dan il-player ta’ 33 sena mhux se jilbes aktar il-flokk blú u iswed wara tliet snin li kienu ferm diżappuntanti għalih.

Huwa ġie uitlizzat f’109 partiti li minnhom beda 40 biss fejn skorja 20 goals u pprovda tmien assists.

Sport