Saturday, May 18, 2024

Waterpolo: Valletta fil-finali f’ripetizzjoni tal-finali tan-Knock-Out

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Valleta …………………..11

Ta’ Xbiex ……………….8

(5-2, 2-1, 3-3, 1-2)

Valletta kisbu l-passaġġ għall-finali tal-Ewwel Diviżjoni meta għelbu l-isfida ta’ Ta’ Xbiex bl-iskor ta’ 11-8.

Dan wara li fil-klassifikaz­zjoni finali tal-kampjonat kisbu pjazzament aħjar minn Ta’ Xbiex u għalhekk ma kienx hemm bżonn li tiġi sfurzata t-tieni play-off.

Fil-finali huma se jaffrontaw lil Marsaskala li iktar qabel għelbu lil Marsaxlokk biex b’hekk se jkollna ripetizzjoni tal-finali tan-Knock-Out.

Għall-Beltin spikka ferm Michele Mifsud li skorja xejn inqas minn ħames goals, waqt li għal Ta’ Xbiex, l-aqwa skorer kien Elijah Schembri bi tliet goals.

Valletta rebħu l-ew­wel sessjoni bl-iskor ta’ 5-2 bl-iskorers għalihom ikunu Michele Mifsud (2), Andrea Agius, Reinhard Attard u Kyle Cremona.

Dan filwaqt li ż-żewġ goals għal Ta’ Xbiex waslu minn Elijah Schembri u Jacob Saliba minn penalty.

Il-Beltin trijonfaw ukoll fit-tieni sessjoni meta din id-darba ħarġu rebbieħa bl-iksor ta’ 2-1, b’Michele Mifsud jirnexxielu jirreġistra doppjetta personali għalihom, filwaqt li Elijah Schembri skorja l-uniku goal għat-team immexxi mill-coach Zoran Maslovar.

Fit-tielet sessjoni rrenja bilanċ assolut hekk kif din kienet botta u risposta.

Infatt din intemmet fi draw ta’ 3-3, bil-goals għal Ta’ Xbiex jaslu minn Zak Cutajar Licari, Elijah Schembri u Jayden Cassar. Andrea Agius, Luca Felice u Kyle Cremona wieġbu għat-team mill-belt kapitali.

Ta’ Xbiex rebħu r-raba’ u l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 2-1, bl-awturi tal-goals ikunu Jayden Cassar u Jamie Pace Mizzi. Michele Mifsud skor­ja l-uniku goal għat-team immexxi mill-coach Joe Cremona.

Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-Nicholas Farrugia, 3-Matthew Pace, 4-Luke Hyzler, 5-Sebi Busuttil, 6-Zachary Micallef, 7-Daniel Paolellla, 8-Michele Mifsud (5), 9-Stephen Micallef, 10-Andrea Agius (2), 11-Keith Galea, 12-Kyle Cremona (2) 13-Andrea Bugeja, 14-Reinhard Attard (1), 15-Luca Felice (1) – Coach: Joe Cremona

Ta’ Xbiex: 1-Ryan Coleiro, 2-C. J. Saliba, 3-Edward Aqui­lina, 4-Jamie Pace Mizzi (1), 5-Edward Meli, 6-Sam Engerer, 7-Jacob Saliba (1), 8-Jayden Cassar (2), 9-Elijah Schembri (3), 10-Basti Attard Littschaw, 11-Philip Tabone, 12-Julian Chircop, 13-Zac Dzanovic, 14-Zak Cutajar Licari (1), 15-Tom Fenech – Coach: Zoran Maslovar

Referees: Massimo Angileri, Massimiliano Sponza

Sport