Wednesday, December 25, 2024

Ippublikati ritratti tal-allegat agressur Edward Johnston li qatel lil Nicolette Ghirxi

Aqra wkoll

Madwar il-midja lokali qed iduru ritratti tal-allegat qattiel ta’ Nicolette Ghirxi. Qed jiġi rrapurtat ukoll li l-allegat agressur Edward Johnston kien jafgħmel użu minn diversi profili foloz fuq Facebook.

Qed jingħad ukoll li b’profil minnhom, huwa kien ikellem lil Ghirxi.

Aktar kmieni: Nicolette Ghirxi hiјa l-vittma li nqatlet f’Birkirkara

Mill-aħħar informazzјoni li waslitilna, jirriżulta li l-vittma ġiet identifikata bħala Nicolette Ghrixi ta’ 45 sena.

Aktar kmieni: It-tielet delitt din is-sena … tfajla tinqatel, bl-aggressur jinqatel ftit wara mill-pulizija

Kien għall-ħabta tas-2.00am meta l-Pulizija ġiet informata li kien seħħ delitt f’Birkirkara. Mill-ewwel informazzjoni li għandu dan is-sit jidher li raġel Irlandiż qatel tfajla li hi hija ta’ nazzjonalità Maltija.

Skont iinformazzjoni li għandu dan is-sit it-tfajla nqatlet bi strument li jaqta u bil-ponta x’aktarx sikkina. Jidher, liema rapporti se jkunu kkonfermati waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, l-Irlandiż ma kienx jgħix f’Malta u għal xi żmien kien f’relazzjoni ma’ l-istess tfajla. Fl-appartament ma kien hemm l-ebda sgass u għalhekk l-investigaturi għadhom qegħdin jipprova jaraw id-dinamika tal-każ.

Hekk kif il-pulizija pprovaw jarrestaw lir-raġel dan ħarab minn fuq il-post fejn sabuh qrib sew Portomaso. Hu beda jheddidhom li se jispara fuqhom, filwaqt li l-pulizija bdew iwissuh biex iċedi l-arma li kellu li allegatament kien għadu kemm qatel lit-tfajla biha.

Sorsi qrib dan is-sit qalulna li jidher li l-Pulziija ma kellix għażla oħra u f’miżuri ta’ prekwazzjoni li ttieħdu minnhom sparaw fuq l-aggressur, wara li dan kien perikoluż fil-konfront tal-istess pulizija. L-Irlandiz kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Fil-ħin li ġej il-Pulizija se tkun qiegħda tagħti konferenza tal-aħbarijiet dwar dan il-każ.

Aktar kmieni: Rapporti fil-midja qegħdin jgħidu li matul il-lejl li għadda raġel Irlandiż spara u qatel lit-tfajla tiegħu f’Birkirkara. Aktar tard imbgħad, l-istess rapporti qegħdin jgħidu li l-Irlandiż allegatament inqatel mill-Pulizija fl-inħawi ta’ Pacevillle.

S’issa kollox qiegħed jindika li l-Irlandiż inqatel qrib sew lukanda ewleinija f’pajjiżna hekk kif ħarab minn fuq il-post bil-pulizija jigru warajh. Hekk kif sabuh, kien għadu bl-arma f’idejn u beda jheddidhom li se jasparalhom.

Jidher li kollox beda għall-ħabta tas-2.00am.

Aktar dettalji dalwaqt…

Ekonomija

Sport