Friday, June 26, 2026

Qormi Pinto B jirbħu s-Super Cup tal-Blackball

Aqra wkoll

Qormi Pinto B rebħu s-Super Cup 2026 tal-Blackball meta fil-finali li saret fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkirkara huma għelbu lil San Ġwann Tiki Taka Spartans 13-10.

Kienet logħba tassew bilanċjata fejn sa tmiem l-erba’ sessjonijiet ta’ logħob, l-iskor kien dak ta’ 10-10. B’hekk kellha ssir il-ħames sessjoni li kellha tiddetermina r-rebbieħ finali u kien hawn li l-Qriema rebħu t-tliet frames li segwew u eventwalment il-logħba finali.

Fi tmiem il-konfront, setgħu jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Qormi Pinto B speċjalment wara l-preżentazzjoni tat-tazza mill-president tal-Malta Blackball Pool Federation Philip Gatt.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport