Friday, June 26, 2026

Sliema Beach Soccer jgħaddu għall-finali tal-Kampjonat tal-Beach Soccer femminili

Aqra wkoll

Sliema Beach Soccer għaddew għall-finali tal-Kampjonat tal-Beach Soccer femminili wara li għelbu lil Parr Mela Rockets Beach Soccer 7-6. Kif jindika l-iskor kienet logħba ferm bilanċjata u inċerta bil-konfront li saħansitra kellu jmur għall-ħin barrani sabiex jiġi dikjarat ir-rebbieħ hekk kif l-iskor sal-ħin regolamentari kien 6-6.

Aktar qabel l-istess Slimiżi rebħu 14-2 lil Skill and Passion sabiex waslu għal din il-fażi.

Issa Sliema se jkunu qed jilagħbu kontra Birkirkara Beach Soccer fil-finali li se tintlagħab nhar it-Tnejn li ġej fis-7.15pm fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport