Dawk li jbatu minn allerġiji inkluża l-ażma, minn parir li tana Dott Michael Farrugia, f’dan il-ġranet ta’ riħ bil-ħamrija mid-deżert tas-Saħara, ikun aħjar li jekk dejjem huwa possibbli, jevitaw milli joqogħdu jiġru barra. Dan hekk kif f’dawn l-aħħar jiem il-gżejjer Maltin qegħdin jiġu milquta minn irjiħat mid-direzzjoni tad-deżert Afrikan b’konsegwenza li qegħdin iġorru magħhom trabien li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv is-saħħa.
F’kumment li ta lil dan il-ġurnal, it-tabib Farrugia kkonferma li dan it-tip ta’ riħ iżid ħafna l-allerġiji tant li bħalissa hawn żieda f’każijiet ta’ persuni jbatu minn allerġiji. Dott Farrugia spjega li, “kull min huwa xuxettibbli, iktar ikun qawwi”.
Mistoqsi x’wieħed jista’ jagħmel biex ma jbatix f’dawn il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi, Dott Michael Farrugia tenna li, “kemm jista’ jkun u fejn wieħed jista’, ma joqgħodx jiġri barra. Ikun aħjar li bħalissa dak li jkun joqgħod ftit aktar attent”.