Tuesday, April 23, 2024

“Ir-Reġina kienet eżempju sabiħ ta’ leader mingħajr ħafna storbju”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Xhud ta’ lealtà u ta’ fedeltà li tibqa’ mnaqqxa fil-qalb tagħna bħala eżempju sabiħ ta’ kif tkun leader mingħajr ħafna storbju b’eżempju li jkaxkar”. Hekk iddeskriva lir-Reġina Eliżabetta II l-Arċisqof Charles Scicluna waqt li kien qiegħed jiċċelebra quddiesa De Requiem fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

L-Arċisqof ikkwota diversi siltiet mid-diskorsi tagħha, b’mod speċjali dawk li r-Reġina kienet tagħti fil-Milied. Huwa qal li dawn il-messaġġi kienet tagħtihom b’ċertu espressjoni profonda, sempliċi u kordjali.

Scicluna kompla biex jgħid li fis-sena 2021, hija spiċċat waħidha fuq ħafna livelli. Kienet tilfet lill-maħbub tagħha l-Prinċep Filippu u fl-istess waqt kienet imbiegħda mill-familja tagħha minħabba restrizzjonijiet tal-pandemija tal-Covd-19. L-Arċisqof staqsa jekk ir-Reġina forsi ħasbitx f’dak il-mument ta’ dieqa dwar il-mumenti sbieħ tagħhom bħala koppja anke f’pajjiżna, f’dawk il-mumenti li tant kienu għal qalbha fil-villa fi Gwardamangia.

Tkellem dwar il-gratitudni tagħna li meta pajjiżna għażel li jsir repubblika, ir-Reġina ma qattgħetx il-karti magħna, anzi laqgħet id-deċiżjonijiet demokratiċi tagħna u żaritna għal darba, darbtejn, tlieta bl-istess grazzja u pajjiżna baqa’ jżomm post speċjali f’qalbha. 

Sport