Wednesday, July 24, 2024

Ir-Renju Unit b’testijiet ġodda għal trattament ġdid ta’ antibodies kontra l-Covid-19

Aqra wkoll

Ir-Renju Unit beda testijiet kliniċi ta’ trattament ġdid ta’ antibodies kontra l-Covid-19 li kapaċi jwaqqaf l-imxija tal-virus.

Il-University College London Hospitals NHS Trust (UCLH) qed tirriċerka l-użu ta’ antibody li għandu l-potenzjal li jagħti lill-persuni protezzjoni immedjata wara li jkunu esposti għall-virus.

It-tama hija li t-terapija taf twassal għal protezzjoni fit-tul lil pazjenti meta jkun tard wisq li jkun offrut lilhom il-vaċċin.

Xjentisti Britaniċi jissuġġerixu li l-mediċina tal-immunità tista’ tingħata bħala trattament ta’ emerġenza bil-għan li jkunu kkontrollati każi ta’ imxija fi sptarijiet, f’residenzi ta’ kura u fi dajr fejn persuni ġew infettati iżda hemm residenti oħrajn li mhumiex.

Xjentisti bdew ukoll t-tieni test kliniku, imsejjaħ Provent, li jeżamina l-użu tal-antibody fuq dawk il-persuni li jistgħu ma jibbenefikawx mill-vaċċinazzjoni, fosthom pazjenti li jbatu minn sistema ta’ immunità kompromessa, jew dawk f;riskju akbar li jiġu infettati bil-Covid-19 minħabba fatturi ta’ età jew kundizzjonijiet mediċi oħrajn fost oħrajn.

Ekonomija

Sport