Ir-Repubblikani fl-Istati Uniti huma mħassba bil-kbir jekk mhux ukoll beżgħana li Donald Trump jista jiffaċċja proċeduri legali kontriħ jekk id-Demokratiċi jaslu biex jirbħu l-elezzjonijiet ta’ nofs it-terminu f’Novembru ta’ din is-sena u jiksbu maġġoranza fil-Kamra tad-Deputati.
Madankollu, jekk jiġri dan se jkun Donald Trump innifsu li l-aktar għandu x’jitlef. Jekk il-vot jinbidel favur tagħhom, iċ-ċansijiet huma li d-Demokratiċi jmexxu biex jittieħdu passi kontra l-president tal-Istati Uniti, skont eks uffiċjal fil-Kabinett ta Donald Trump.
Id-Demokratiċi aktarx li jiksbu biżżejjed kontroll fil-Kamra tad-Deputati, għalhekk m’hemm l-ebda dubju li jivvutaw biex jimponu fuq Trump ‘l-impeachment’ u jekk jikkontrollaw ukoll is-Senat, se jsostnu l-kundanna tagħhom, qal Wilbur Ross, is-segretarju tal-kummerċ ta Trump.
Skont il-ġurnal influwenti The Guardian, jekk dan iseħħ, Donald Trump ikun l-ewwel president tal-Istati Uniti li ġie soġġett għal proċedura legali kontriħ darbtejn. Matul l-ewwel mandat tiegħu, ġie impeached fl-2019 għal allegat abbuż ta’ poter meta nsista mal-Ukrajna biex tibda tinvestiga lill-eks president Joe Biden u ibnu Hunter Biden.
Trump ġie impeached mill-ġdid talli inċita l-irvell li wassal għall-attakk tas-6 ta’ Jannar 2021 fuq il-Capitol. Iż-żewġ tentattivi ta’ impeachment ma tkomplewx għax ġew imblukkati fis-Senat li hu kkontrollat mir-Repubblikani.
Ross mhuwiex l-uniku Repubblikan li wissa dwar il-mossa biex Trump jiġi impeached. Il-kelliem tal-Kamra tad-Deputati Mike Johnson ukoll qal li jekk id-Demokratiċi jirbħu l-maġġoranza fil-Kamra f’Novembru, x’aktarx li se “jiġru wara l-familja, il-ħbieb u l-assoċjati kollha ta Trump









