Waqt li f’sezzjonijiet tal-midja barranja u anke f’ċertu siti partikolari bdew jinħarġu rapporti dwar ir-revokazzjoni tal-viża lill-kelliem tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Russu, Maria Zakharova, liema rapporti ma kinux korretti għall-aħħar, issa qed isir magħruf li Zakharova kellha projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u għalhekk ma setgħet issierfer.
Filfatt f’komunikat li nħareġ ġie spjegat li għalkemm ġej il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu, Lavrov, u dan għandu sanzjonijiet imposti fuqu, dan m’għandu ebda projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar.
Fil-każ ta’ Maria Zakharova, din għandha projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u għalhekk ma tistax tivvjaġġa. Li ġara kien li minħabba eżenzjonijiet tal-OSCE fil-bidu il-visa tagħha intlaqgħet.
Ġara iżda li kien hemm tlett pajjiżi li ipprotestaw għal dan. Dawn kienu l-Estonja, il-Litwanja u l-Latvja. Dan wassal biex dawn l-istess tlett pajjiżi talbu li l-viża ta’ Żakharova tiġi irtirata. Filfatt hekk sar.
Il-komunikat li nħareġ iddikjara b’mod ċar li d-deċiżjonijiet iniżjali li “ttieħdu kienu konsistenti bi sħiħ mal-objettiv ġenerali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li jippromwovi id-djalogu politiku b’appoġġ għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna.”