Tuesday, May 14, 2024

Ir-Russi jwaħħlu f’Putin minħabba t-temperaturi kesħin fir-Russja

Aqra wkoll

Iċ-ċittadini Russi qed jakkużaw lill-President Russu, Vladimir Putin, li ħalliehom jiffriżaw hekk kif qegħdin jesperjenzaw temperaturi mill-aktar kesħin matul il-gwerra tiegħu kontra l-Ukrajna. Furur faqqa’ fl-iktar belt kiesħa tad-dinja, Yakutsk, hekk kif ir-residenti esprimew għajb lejn l-uffiċjali fis-sena l-ġdida.

Putin qiegħed jinvesti fi sforzi militari wara invażjoni li ħafna stennew li sservi ta’ rebħa faċli għar-Russi. Minkejja dan, in-nies fil-belt kapitali tar-Repubblika Russa ta’ Sakha, Yakutsk, qed jistaqsu jekk dawn il-flus jistgħux jintefqu aħjar fuq ir-Russi nfushom.

F’Yakutsk, it-temperaturi mistennija jinżlu għal -44/45˚C

Kien hemm diversi persuni li qasmu l-fehma tagħhom dwar dan, fosthom Russa tal-lokal: “Għaliex m’għandniex appoġġ mill-istat issa?” Dan filwaqt li spjegat li huma rrifjutaw kategorikament li jgħinu persuni oħra: “Fost il-vittmi hemm ħafna ommijiet b’ħafna tfal li sempliċiment ma jistgħux ilaħħqu waħedhom”.

Fil-jiem li ġejjin, it-temperaturi huma mistennija li jibqgħu baxxi għal inqas minn -40˚C. L-iktar temperatura sħuna mistennija tkun dik ta’ -37˚C.

Sport