Monday, November 2, 2026
Home Sport Iraola jgħid li se jagħti struzzjonijiet lill-players tiegħu biex jaqgħu mal-art wara...

Iraola jgħid li se jagħti struzzjonijiet lill-players tiegħu biex jaqgħu mal-art wara l-kontroversja dwar il-penalty ta’ Liverpool

0
72

Il-coacb ta’ Liverpool, Andoni Iraola, issuġġerixxa li jista’ jibda jħeġġeġ lill-players tiegħu jaqgħu mal-art fil-kaxxa wara li t-team tiegħu ma ngħatax penalty fit-telfa ta’ 1-0 kontra Arsenal f’Anfield.

Id-difensur ta’ Arsenal, Jurrien Timber, ġibed il-flokk ta’ Alexander Isak waqt li dan kien qed jipprova jilħaq cross biex jitfa’ l-ballun fix-xibka, iżda l-attakkant baqa’ fuq saqajh u r-referee Andy Madley ħalla l-logħob ikompli. Il-VAR ukoll ma intervjeniex.

Iraola wera r-rabja tiegħu għal din id-deċiżjoni, u sostna li Isak kellu jingħata penalty. Huwa ammetta li l-coaches jistgħu jispiċċaw jagħtu struzzjonijiet lill-players biex jaqgħu mal-art meta jiġu ffawljati, billi r-referees donnhom huma inqas disposti jsaffru għal penalty meta player jibqa’ fuq saqajh.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here