Tuesday, December 24, 2024

Irbaħ ħamsin ewro bil-promozzjoni tal-BOV waqt il-Karnival

Aqra wkoll

Hekk kif ħafna Maltin jaqsmu lejn Għawdex biex jiċċelebraw il-ġimgħa tal-karnival, il-Bank of Valletta qed iniedi edizzjoni ġdida tal-Kampanja Tap and Win, speċifikament għal dawk il-klijenti li jużaw il-kards tagħhom meta jħallsu n-noll tal-vapur fil-vjaġġ tagħhom lejn u minn Għawdex.

Huwa verament faċli biex tipparteċipa – wieħed irid juża karta ta’ kreditu jew debitu tal-BOV biex iħallas in-noll tal-vapur meta jaqsam lejn jew minn Għawdex, kemm bil-Gozo Channel Ferry kif ukoll bil-Fast Ferry.

Dan il-ħlas jista’ isir kemm billi tiġi ppreżentata kard ta’ kreditu/debitu fiżika jew billi tintuża kard diġitali. Ħamsin detentur tal-kard se jirbħu lura EUR50, li jiġu kkreditati awtomatikament fil-kont tal-kard tagħhom.

Meta tkellem dwar l-inizjattiva, Chris Degabriele, Kap tal-e-Banking tal-Bank of Valletta, sostna li, “F’dawn l-aħħar snin, rajna żieda sinnifikanti fin-numru ta’ klijenti li bdew jużaw mezzi elettroniċi biex jagħmlu pagamenti minflok iħalsu bil-flus kontanti. Din it-tendenza hija inkoraġġanti ħafna peress li turi li aktar nies qed jagħżlu modi aktar sikuri u aktar konvenjenti ta’ kif jintbagħtu u jirċievu l-ħlasijiet.

B’eluf ta’ detenturi ta’ kards li jivvjaġġaw lejn Għawdex matul il-perjodu tal-karnival, nixtiequ nippremjaw lill-klijenti tagħna għal-lealtà tagħhom filwaqt li nħeġġu lil dawk li normalment ma jużawx il-kards tagħhom biex jagħmlu użu minn metodi alternattivi ġodda ta’ ħlas.

Il-Bank of Valletta huwa impenjat li jinvesti aktar f’soluzzjonijiet teknoloġiċi biex jipprovdi mezzi ta’ ħlas aktar sempliċi u faċli għall-utent u din il-promozzjoni hija biss mod wieħed ta’ kif nuru l-apprezzament tagħna lill-klijenti.”

Il-promozzjoni Tap and Win se tkun valida bejn il-Ġimgħa 9 u l-Erbgħa 14 ta’ Frar. Ir-rebbieħa jitħabbru wara l-14 ta’ Frar 2024. Tagħrif addizzjonali dwar din il-promozzjoni, kif ukoll il-benefiċċji marbuta mal-kards tal-BOV, huma disponibbli fuq il-portal tal-Bank www.bov.com, jew billi tikkuntattja lis-Servizz tal-Klijent fuq in-numru tat-telefown 2131 2020.

Ekonomija

Sport