Friday, April 19, 2024

“Irpin tinsab fi stat ta’ moħqrija li diffiċli timmaġinah”

Aqra wkoll

Irpin, l-istess bħalma ġara f’Bucha fil-ġimgħat li għaddew, spiċċat meqjusa bħala simbolu ta’ vjolenza u “Moħqrija li wieħed lanqas biss jista’ jimmaġina”. Iddikjara dan il-Prim Ministru Ġermaniż, Olaf Scholz.

F’Irpin instabu madwar 290 katavru ta’ nies ċivili li sfaw vittma tal-gwerra Russo-Ukrajna. Ammont sproporzjonat ta’ dawn il-vittmi huma nisa.

Il-Prim Ministru Ġermaniż flimkien mal-mexxejja ta’ Franza, l-Italja u r-Rumanija se jkunu qed jiltaqgħu mal-President Ukren Volodymyr Zelensky bħala att ta’ solidarjetà.

Sport