Friday, May 3, 2024

Chelsea u Manchester United mitluba €50m għal Ferland Mendy

Aqra wkoll

Chelsea u Manchester United huma ġew mitluba s-somma ta’ €50m għal Ferland Mendy, b’Real Madrid miftuħin li jbiegħu lid-difensur xellugi matul is-suq tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.

Il-player ta’ 27 sena kellu diversi problemi ta’ injury l-istaġun li għadda iżda kien għadu player ewlieni għal Los Blancos, fejn għamel 35 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha u rreġistra żewġ goals u ħames assists fil-proċess.

Mendy għad fadallu aktar minn tliet snin fil-kuntratt tiegħu mal-club immexxi minn Carlo Ancelotti, intant, wara li ffirma kuntratt ta’ sitt snin mal-ġganti mill-kapitali Spanjola mal-wasla tiegħu mingħand Lyon f’Lulju 2019.

Sport