Tuesday, May 14, 2024

Yachting Malta tippreżenta dgħajjes Paralimpiċi tal-Klassi Hansa 303 lill-Malta Sailing Federation

Aqra wkoll

L-Erbgħa filgħaxija, iċ-chairman ta’ Yachting Malta, John Huber, ippreżenta tliet Dgħajjes  Paralimpiċi tal-Klassi Hansa 303 lill-Malta Sailing Federation fil-kapaċità tagħha bħala l-Awtorità Nazzjonali għall-ibburdjar f’Malta.

Id-dgħajjes Hansa 303 kienu ġew varati ġimagħtejn ilu biss fiċ-ċerimonja li mmarkat l-inawgurazzjoni tal-uffiċċji l-ġodda ta’ Yachting Malta. L-għażla tad-dgħajjes saret minn Yachting Malta wara konsultazzjonijiet mal-Malta Sailing Federation, World Sailing u l-Lega Navale Sqallija. Dawn id-dgħajjes issa se jinżammu fi ħdan Clubs affiljati mal-Malta Sailing Federation u se jħabbru f’era ġdida tal-ibburdjar adattiv f’Malta.

Il-President tal-Malta Sailing Federation Michael Mifsud irċieva d-dgħajjes f’isem il-Federazzjoni fil-preżenza ta’ Commodores u coaches mill-Clubs kollha li attendew għall-preżentazzjoni.

Immedjatament wara l-preżentazzjoni għadd ta’ kowċis u atleti ta’ esperjenza ħadu d-dgħajjes fil-baħar u approfittaw mill-kundizzjonijiet tar-riħ f’dak il-ħin. L-esperjenża posittiva tagħhom tawgura tajjeb għal dan l-isport f’Malta.

Qabel ma tniżżlu d-dgħajjes mir-Royal Malta Yacht Club, baħrin żgħażagħ li jirrappreżentaw il-klabbs kollha wrew il-messaġġ tal-World Sailing ta’ BACK THE BID u #SAIL TO LA b’appoġġ għall-isforzi ta’ World Sailing biex jerġa’ jintroduċi l-ibburjdar Paralimpiku fil-Logħob Paralimpiku f’Los Angeles fl-2028.

Għall-avveniment attendew l-ewwel baħri Paralimpiku ta’ Malta Gianluca Aquilina, Club Commodores David Dalli (Birzebbugia Sailing Club), Christian Bajada (Malta Young Sailors Club, David Cremona (Royal Malta Yacht Club) u Sandra Agius Darmanin (Vikings Sailing Club), kif ukoll, bħala diversi nies involuti fil-Para Sailing Project.

Sport