Saturday, May 4, 2024

Irrapportati 696 każ ta’ vjolenza domestika f’Għawdex fi 13-il sena

Aqra wkoll

Fl-aħħar 13-il sena fid-Distrett ta’ Għawdex ġew irraportati 696 każ ta’ vjolenza domestika. L-akbar ammont ta’ każi rraportati kien fis-sena 2020 meta kien hemm 103 każ.

Dawn il-figuri ġew ippubblikati fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri waqt li kien qiegħed iwieġeb domanda Parlamentari tad-Deputata Laburista Abigail Camilleri.

Mill-figuri ppubblikati jirriżulta li kien hemm żieda fil-każi rraportati mis-sena 2020 ‘l hawn. Fil-fatt mill-2020 sat-30 ta’ Settembru li għadda ġew irraportati 340 każ ta’ vjolenza domestika f’Għawdex.

Din iż-żieda fil-każi rraportati tista’ tkun marbuta mal-fattur li fil-pajjiż qegħdin isiru diversi kampanji kemm mill-Gvern u anke minn NGOs biex min ikun għaddej minn vjolenza domestika jirraporta mill-ewwel.

Jekk wieħed jara n-numri ta’ rapporti li saru f’Għawdex wieħed isib li l-inqas sena li fiha ġew irraportati każ ta’ vjolenza domestika kien fl-2012 meta kien hemm biss 19-il każ segwit mill-2010 meta ġew irraportati 23 każ biss.

Sport