Sunday, November 24, 2024

Theżżiż ta’ terremot fil-kosta Greċja jinħass f’pajjiżna

Kmamar jiċċaqilqu u nies joħorġu mis-sodod… dam ftit sekondi biss

Aqra wkoll

Kmieni dalgħodu, terremot b’saħħa ta’ 5.8 fuq l-Iskala Ritcher huwa rrapportat li laqgħat il-Greċja u nħass anke f’Malta. Dan wassal biex għadd ta’ persuni kkumentaw fuq il-midja soċjali fejn iddiskrivew kmamar jiċċaqilqu u nies iqumu mis-sodod tagħhom minħabba theżżiż.

Il-Grupp ta’ Monitoraġġ Siżmiku Malti rreġistra theżżiż f’pajjiżna wara s-7.00 ta’ filgħodu iżda dan it-theżżiż seħħ għal ftit sekondi biss. Skont rapporti mill-‘Associated Press”, dan it-terremot seħħ barra mill-kosta fin-Nofsinhar tal-Greżja viċin Peloponnese. L-aġenzija tal-aħbarijiet qalet li ma kienx hemm rapporti ta’ ħsara jew feruti għalkemm it-terremot inħass sew minn Ateni sa Kreta.

Skont il-Grupp Malti, żewġ terremoti ġew irreġistrati fil-Mediterran kmieni lbieraħ filgħodu, fil-jum tal-Ġimgħa l-Kbira. Terremot ieħor, din id-darba b’qawwa ta’ 6.9 fuq l-Iskala Ritcher inħass fiċ-ċentru tal-Mediterran viċin il-kosta fit-Tramuntana tal-Afrika.

Sport