Fil-ħin tal-aġġornament fil-Parlament, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela tkellem dwar is-sitwazzjoni fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei u l- kwistjoni li għaddejja bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM).
Huwa biex semma kif dan l-aħħar irċieva lment mingħand missier li sostna li lejn l-aħħar ta’ Diċembru, bintu kellha tiddaħħal l-Emerġenza ta’ Mater Dei wara li kienet ma tiflaħx. Dan il-missier il- menta li bintu ddaħħlet fis- 1.10 p.m. u l-ispeċjalisti bdew jarawha fl-4.20 a.m. tal-ġurnata ta’ wara, jiġifieri għamlet 15-il siegħa tistenna.
Il-Ministru Abela stqarr li bħal dan l-ilment, huma jirċievu oħrajn b’mod regolari. Qal li quddiem ilmenti bħal dawn, bħala Gvern mhumiex se joqogħdu la b’għajnejhom magħluqin u wisq inqas b’widnejhom misdudin.
“Konxji li s-sistema tas-saħħa f’pajjiżna hi moderna, toffri servizz mill-aqwa però għandna bżonn li l-proċessi u s-servizzi tagħna jkunu aktar effiċjenti,” kompla jgħid il- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva.
Tenna li meta sena ilu l- Prim Ministru kien fdah b’dan il-portafoll, il-kliem tiegħu dakinhar kien ċar: “Solvi l-ilmenti fl-Emerġenza”, u tul dawn l-aħħar xhur hu flimkien mal-kollegi sħa- bu bdew jaħdmu biex jindi- rizzaw dik il-problema.
“Biex nattakkaw din il- problema m’hemmx mossa waħda li se ttaffi dan il-piż. Imma hemm diversi mossi. Strateġija ta’ diversi passi li flimkien tul din is-sena ilna naħdmu fuqhom.”
Il-Ministru Abela qal li f’pajjiżna għandna erba’ ċen- tri li joffru servizz lill-pazjen- ti bi problemi urġenti jew emerġenti 24 siegħa kuljum. Dawn huma Mater Dei u l- polikliniċi ta’ Raħal Ġdid, tal- Mosta u tal-Furjana. Dawn l-erba’ ċentri huma ġestiti mill-Gvern lejl u nhar.
Enfasizza li: “aħna rridu li l-pazjent jirċievi kura b’din- jità. Ilna sena nagħmlu l-al- mu tagħna biex dawk il-pazjenti f’Mater Dei li jkollhom bżonn kura fit-tul, li ma jistgħux imorru lura fid-djar tagħhom, għamilna minn kollox biex dawn ikunu jistgħu joħorġu u ma jkunux aktar ta’ piż għall-Isptar Mater Dei.
“Dan sar billi għamilna proċessi ġodda fil-homes inkluż il-Faċilità ta’ San Vinċenz biex kemm jista’ jkun inħaffu l-proċess ta’ dawn il-pazjenti. Imma bi ftehim mal-privat nista’ ngħid li kull sodda li tinħoloq fil-privat biex dawn il-pazjenti jsibu serħan, ma jibqgħux Mater Dei, imma jmorru fejn għandhom bżonn fil-long term care. Ifisser li fejn is-soltu jkollna bejn 100 u 200 persuna tistenna għal din it-tip ta’ kura, bħalissa f’Mater Dei, dan in-numru niżel għal bejn 10 u 20 paz- jent.”
“Ħdimna wkoll fuq pro- ċess mad-Dipartiment tal-Emerġenza li meta jiġi paz- jent fl-Emerġenza u għandu xi ħaġa serja, m’hemmx bżonn li dak jgħaddi minn ħafna proċeduri… għedna li meta xi ħadd jidħol bi problema serja, jarak l-ewwel l-aktar persuna b’esperjenza, l-ispeċjaist.”
“Jekk nafu li l-poplu qed jokrob li jrid inqas ħin ta’ stennija fl-Emerġenza, x’fiha ħażin li nużaw l-istess mudell biex naħdmu mal-privat? Erba’ ċentri tal-Gvern jaħdmu lejl u nhar. Din l-inizjattiva rat iz-żieda ta’ erbgħa oħra. Minn erba’ ċentri għal tmienja. Aħna qed ngħidu wkoll li l-każi kumplikati, serji, dawk iridu jibqgħu jiġu trattati f’Mater Dei. Qed ngħidu li każi mhux kumplikati dawk huma adatti li jmorru għall- privat.”
Il-Ministru Abela tenna li dan il-proċess se jwassal biex il-marid jinqeda’ aħjar, b’mod effiċjenti u malajr u fuq kollox b’dinjità. Se jwassal ukoll biex il-pressjoni fuq Mater Dei tonqos fl-aktar żmien dif- fiċli bħal kull sptar tad-dinja fix-xitwa.
Insista wkoll li dwar l- inizjattivi fil-privat bħala Gvern ikkonsultaw ma’ kulħadd, mhux mal-MAM biss. “Nistenna li jekk niġi biex nikkonsulta, ma’ min nikkonsulta jkun lest li jisma’. Tajna r-request for participation u anke l-kuntratti lill-MAM biex jarawhom. Jekk għad fadlilhom xi dubju aħna lesti li dawn nissottomettuhom lill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali biex ikun jista’ jarahom ukoll,” qal il-Ministru li żied isemmi kif din is-sena se jitħabbru miżuri biex tobba fil-privat joffru servizzi fil-kura primarja.
“Il-bieb tagħna huwa miftuħ. Ħin ta’ diskussjoni għandna. Mhux veru li ma rridux niddiskutu. U assolutament mhux veru li ma rridux inkunu trasparenti. Li hu veru huwa li rridu li l-marid jiġi trattat b’mod dinjituż, b’mod effiċjenti, b’mod li jixraq lil pajjiżna,” temm jgħid il-Ministru Abela.