Thursday, April 18, 2024

Irtirata l-applikazzjoni għal tender biex l-art fi Triq l-Għerien il-Mellieħa tintuża għat-trobbija tan-naħal

Aqra wkoll

L-art fi Triq l-Għerien fil-Mellieħa mhix se timtmess. Dan wara li l-applikazzjoni għal tender li ħarġet l-Awtorità tal-Artijiet biex l-art tintuża għat-trobbija tan-naħal ġiet irtirata.

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieha esprima l-ħsibijiet tar-residenti permezz ta’ ittra datata 28 ta’ Diċembru 2021 indirizzata lill-Kap Eżekuttiv u liċ-Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità tal-Artijiet, kif ukoll lill-Ministru tal-Ekonomija u l-Industrija. Fl-istess ittra, il-Kunsill talab li s-sejħa għandha tiġi rtirata.

Fost l-oħrajn huwa oġġezzjona dan għaliex is-sit li kien se jintuża jinsab f’żona urbana viċin il-bini residenzjali.

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa llejla bi pjaċir innota li dan l-appell intlaqa’.

Aktar qabel, il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Clayton Bartolo qal li matul il-jiem li għaddew, mingħajr ħafna daqq tat-trombi, segwa din l-applikazzjoni li ħarġet l-Awtorita tal-Artijiet u kkonferma li wara diskussjonijiet mal-Prim Ministru Robert Abela din l-art mhux ser tintmess. 

Qal li għal darb’oħra l-politika tad-diskussjoni kompliet iġġib ir-riżultati għall-Mellieħa u għall-Melleħin.

Ekonomija

Sport