Tuesday, April 30, 2024

Is-37 anniversarju mill-attakk tal-pulizija fuq id-dar tal-grupp MOVE f’Philadelphia

Aqra wkoll

Bħal-lum 13 ta’ Mejju tas-sena 1985, il-Pulizija f’Philadelphia attakkaw id-dar tal-grupp radikali ambjentali ta’ persuni suwed magħruf bl-isem ta’ ‘MOVE’. L-attakk sar b’armi awtomatiċi.  

Huma tefgħu l-bombi wkoll u qatlu ħames adulti u sitt itfal. B’kollox f’dan l-attakk inqerdu 61 dar. 

Djar meqruda fl-attakk li sar f’Philadelphia

Il-500 uffiċjal tal-Pulizija li ħadu sehem f’dan l-attakk sparaw xejn inqas minn 10,000 rawnd ta’ munizzjon. Ebda uffiċjali tal-Pulizija ma ttellgħu l-Qorti akkużati b’dak li seħħ, waqt li Ramona Africa spiċċat b’sentenza ta’ ħabs fuq akkużi ta’ konġura. 

L-inċidenti nqalgħu waqt li Philadelphia kellha l-ewwel sindku iswed — id-demokatiku Wilson Goode.

Sport