Saturday, December 21, 2024

Is-sena d-dieħla se jinfetaħ iċ-Ċentru għall-Volontarjat Jake Vella

Aqra wkoll

Dwar il-volontarjat, il-Ministru Farrugia qalet li f’Malta bħalissa għandna 1,892 NGO, fejn din is-sena fetħu b’suċċess 61 għaqda volontarja. Turija ta’ kemm il-Gvern lest jinvesti fit-tisħiħ tal-għaqdiet volontarji f’pajjiżna s-sena d-dieħla huwa ppjanat li jinfetaħ one-stop-shop ieħor f’Raħal Ġdid intiż biex jilħaq lill-għaqdiet fin-nofsinhar ta’ Malta. Dan iċ-ċentru se jingħata l-isem Ċentru għall-Volontarjat Jake Vella.

Il-Ministru Farrugia tat elenku ta’ diversi skemi finanzjarji għall-għaqdiet volontarji u anke semmiet l-opportunitajiet ġodda fis-settur volontarju b’mod partikolari għall-istudenti tal-MCAST.

Fl-istess ħin, hija qalet li biex il-Gvern ikompli jkun ta’ sostenn għal dan is-settur, is-sena d-dieħla se jitwaqqaf Bank ta’ Volontarjat biex dawk kollha li jixtiequ jagħtu sigħat b’xejn ta’ volontarjat, inkluż professjonisti, ikunu jistgħu jingħaqdu f’dan il-proġett nazzjonali.

Ekonomija

Sport