Tuesday, May 14, 2024

Is-Senegal itemmu sensiela negattiva tat-timijiet Afrikani fuq dawk Sudamerikani

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali tas-Senegal temm serje negattiva fit-tazza tad-dinja hekk kif sar l-ewwel nazzjon Afrikan li għeleb tim mill-Amerika t’Isfel sa mill-1990.

Fil-fatt fit-tazza tad-dinja li kienet saret dik is-sena partikolari fl-Italja, il-Kamerun kienu għelbu lill-Kolombja 2-1.

Fl-istess waqt, is-Senegal temmew serje ta’ 21 partita mingħajr rebħa kontra dawn it-timijiet Sudamerikani wara erba’ dros u 17-il telfa. Huma spiċċaw it-tieni fi grupp A wara l-Olanda u kkwalifikaw għall-fażi tal-aħħar sittax.

Sport