Tuesday, April 30, 2024

Kollox wieqaf wara r-riżenji tad-diriġenza Juventina

Aqra wkoll

Wara t-terremot li seħħ f’Turin bir-riżenja tal-ogħla awtoritajiet ta’ Juventus bil-president Andrea Agnelli fuq kulħadd, it-trattativi li kienu qed isiru ma’ xi plejers u tiġdid fil-kuntratti ta’ xi oħrajn ġew iffriżati. 

Għalhekk in-negozjati li kienu qed isiru ma’ Sergej Milinkovic-Savic u Nicolo Zaniolo għalissa waqfu filwaqt li t-tiġdid tal-kuntratt ta’ Angel Di Maria u Adrien Rabiot se jkollhom jistennew xi ftit.

Sadanittant, bosta qed jistennew li jkun magħruf il-president il-ġdid sabiex iġib stabbilta’ fil-klabb minn Turin.

Sport