Tuesday, March 18, 2025

“Is-serqa saret għax is-suldat li kien għassa fuq il-monitor bil-kameras ma għamilx xogħolu … qagħad jara film ta’ sagħtejn fuq it-tablet b’earphones”

- L-Imħallef irtirat Geoffrey Valenzia

Aqra wkoll

“Is-serqa saret għax is-suldat li kien għassa fuq il-monitor bil-kameras ma għamilx xogħolu għax minflok qagħad constant monitoring kif kellu jagħmel, qagħad jara film ta’ sagħtejn fuq it-tablet b’earphones; għamel kwarta oħra mat-tfajla fuq il-mobile u anke sajjar fil-kitchenette u kiel u bejn il-11.25pm u 2.50am, ma għamilx patrol oħra jew iċċekkja l-container għax kieku kien jinduna li saret is-serqa. Dan kollu joħroġ miż-żewġ statements li għamel is-suldat fejn ammetta li ma għamilx constant monitoring dak il-lejl. L-area kienet kollha covered bil-cameras u l-cameras kollha kienu qed jaħdmu u kienu ċari u kienu fixed fuq il-container 24/7”. 

Dan kkonkludih l-Imħallef irtirat Geoffrey Valenzia fl-inkjesta amministrattiva li ħatar il-Prim Ministru dwar il-fatti u ċ-ċirkostanzi li wasslu għas-serqa ta’ reżina tal-kannabis li kienet maħżuna fil-Kwartieri tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Ħal Safi, fil-lejl ta’ bejn it-22 u t-23 ta’ Frar, 2025. 

L-Imħallef Valencia ddikjara wkoll; “Għalkemm is-suldat qal li ma rax ħallelin minn fuq il-monitor dak il-lejl imma meta urewh il-playback tal-film hu kkonferma li kien qed jara l-ħallelin jaqtghu s-siġilli u deħlin u ħerġin mill-container u anke seta’ jara d-dawl tat-torches li l-ħallelin kienu qed jużaw. Il-cameras kienu ħadmu. Kieku s-suldat kien qed iħares lejn il-monitor kif kellu jagħmel, u anke jekk ma kienx attent ftit mumenti, żgur li kien jinduna f’temp ta’ sagħtejn jew aktar li ged issir serqa mill-container u jagħti I-alarm.”

L-inkjesta stabbilixxiet ukoll li l-Ministru Byron Camilleri aġixxa kif suppost kellu jaġixxi Ministru dwar il-ħażna ta’ din id-droga fil-kwartieri tal-Forzi Armati ta’ Malta għaliex ma kienx l-irwol tal-Ministru Byron Camilleri li jidħol f’liema miżuri tas-sigurtà jittieħdu. Dan juri kif il-Prim Ministru wkoll ħa deċiżjoni korretta li ma aċċettax l-offerta tal-Ministru Byron Camilleri meta dan ħass li b’irġulija kellu joffri ir-riżenja lill-Prim Ministru u jġorr responsabbiltà ta’ dak li gara, anke jekk ma kienx involut hu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport