Sunday, May 5, 2024

Is-Siġġiwin jitilfu lil George Agius… magħruf għall-ħidma fil-logħob tan-nar

Aqra wkoll

Bosta Siġġiwin qamu maħsuda hekk kif dalgħodu ngħatat l-aħbar li ħalla din id-dinja George Agius, magħruf bħala ċ-Ċimblu. Huwa kien il-President tal-Għaqda tan-Nar San Nikola.

Din l-aħbar ingħatat mill-Għaqda tan-Nar San Nikola li permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali ddeskrivewh bħala bniedem eżemplari u ħabbrieki li kulħadd se jħoss it-telfa tiegħu.

Huma rringrazzjaw lil George għal dawn is-snin kollha li ta kontribut lill-Għaqda. Iddeskrivewh ukoll bħala bniedem li dejjem kien bi tbissima u li kellu kariżma kbira.

Il-funeral tiegħu se jsir għada fl-4.00p.m. fil-Knisja Arċipretali tas-Siġġiewi.

Sport