Friday, November 15, 2024

“Is-sitwazzjoni f’pajjiżna ilha snin twal diżastru … fuq 45 sena ilhom jiġġieldu l-attivisti”

Aqra wkoll

Aktar kmieni għadd ta’ persuni nġabru biex ifakkru l-memorja ta’ Bernice Cassar. Fi protesta li bdiet minn quddiem il-Kwartieri tal-Pulizija fil-Furjana, dawk preżenti mxew lejn il-Belt Valletta, għaddew minn quddiem il-bini tal-Parlament u baqgħu sejrin sa quddiem il-Qorti.

Minn hemm numru ta’ kelliemha esprimew id-delużjoni tagħhom għal dan il-femiċidju fejn skonthom raġel għażel li ma jaqbilx mal-mod kif Bernice ħasset li kellha tgħix u spiċċa biex itemmilha ħajjitha. Sostnew li Bernice għamlet dak kollu li setgħet tagħmel biex tfittex l-għajnuna, iżda s-sistema falliet milli tipproteġi lilha u lil uliedha. Staqsew kemm irid jinxtered aktar demm biex tinqered darba għal dejjem dik li huma stess iddeskrivew bħala pandemija f’pajjiżna.

Filwaqt li ssemmew numru ta’ esperjenzi li nxterdu fil-midja fl-aħħar jiem, l-attivisti talbu li ssir bidla radikali fis-sistema. Sostnew li n-nisa jafu fejn ifittxu l-għajnuna u li hemm bżonn huwa li dawn in-nisa jiġu emmnuti u tittieħed azzjoni fi proċess demokratiku.

Ekonomija

Sport