Tuesday, May 14, 2024

Is-Soċjalisti jirbħu l-elezzjoni ġenerali fil-Portugall

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Partit Soċjalista fil-Portugall rebaħ elezzjoni ġenerali bikrija tal-Ħadd għat-tieni darba fl-istorja tiegħu.

L-elezzjoni ssejħet meta l-Prim Ministru António Costa naqas milli jgħaddi l-budget wara li tilef l-appoġġ ta’ żewġ partiti iżgħar. Costa qal li l-Portugall jeħtieġ stabbilità biex jiżgura l-irkupru ekonomiku. 

Il-partit tal-lemin estrem Chega żied ukoll l-appoġġ tiegħu u se jkun it-tielet l-akbar partit fil-Parlament.

Ir-riżultat qed ikun meqjus bħala sorpriża wara li s-sondaġġi kienu qed juru li l-Partit Soċjalista kien tilef il-parti l-kbira tal-vantaġġ tiegħu fit-tħeħħija għall-vot.

Fid-diskors tiegħu tar-rebħa, il-Prim Ministru wiegħed li se jiggverna għal kulħadd. “Maġġoranza assoluta ma tfissirx poter assolut. Ma tfissirx li tiggverna waħdek. Hija responsabbiltà akbar.” 

Il-Partit Soċjalista rebaħ 117-il siġġu fil-Parlament minn total ta’ 230 siġġu, li jfisser żieda ta’ 9 siġġijiet mill-Assemblea li għadha kif spiċċat. Is-Soċjal Demokratiċi taċ-ċentru-lemin tal-oppożizzjoni rebħu 71 siġġu.

Ir-rebħa tas-Soċjalisti tfisser li l-Portugall aktarx ikollu gvern stabbli biex imexxi lill-pajjiż barra mill-pandemija u biex jamministra pakkett ta’ €16.6 biljun ta’ fondi ta’ rkupru tal-Unjoni Ewropea.

Sport