Sunday, May 19, 2024

Isarraf il-leave u jagħtih lil Dar Bjorn għar-raba’ sena

Aqra wkoll

Ġest tassew nobbli huwa dak li ilu jagħmel Wayne Pavia għal dawn l-aħħar erba’ snin.

Dan hekk kif bħala tradizzjoni ta’ kull sena, peress li leave matul is-sena kważi ma jieħu xejn, ma jħallix li dan jintiret għas-sena ta’ wara iżda minflok isarrfu u jagħtih lil Dar Bjorn. B’hekk huwa ppreżenta s-somma sabiħa ta’ €915 lil Bjorn Formosa. Tul dawn is-snin Wayne rnexxielu jagħti ‘l fuq minn €5,000

F’messaġġ qasir li tella’ fuq il-midja soċjali, Wayne, magħruf bhala ‘Pivis’, qal li qatt ma kien perfett u lanqas qatt mhu se jkun, u tal-iżbalji li għamel f’ħajtu iħobb ipatti billi jkun ta’ għajnuna għal ħaddiehor fejn jista’.

Sostna li minkejja forsi fil-ħajja jiltaqa’ ma’ nies li jagħmlulu l-ħsara, huwa se jkun qed ipatti dan billi jipprova jgħin u jagħmel il-ġid.

Sport