Monday, December 23, 2024

Isofri ġrieħi gravi wara li ħabat ġo ħajt fin-Naxxar

Aqra wkoll

Żagħżugħ sofra ġrieħi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:00 p.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq San Pawl fin-Naxxar.

Minn investigazzjoniji li saret irriżulta li żagħżugħ ta’ 28 sena residenti San Pawl il-Baħar kien tilef il-kontroll tal-vettura AUDI TT li kien qiegħed isuq u ħabat ġo ħajt.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assista liż-żagħżugħ sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar osservazzjoni. Aktar tard huwa ġie ċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport