Tuesday, December 24, 2024

Isofri ġrieħi serji wara inċident f’razzett fis-Siġġiewi

Aqra wkoll

Raġel indarab serjament wara li għall-ħabta tat-8:30 a.m kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’razzett fi Triq Ħal Farruġ fis-Siġġiewi.

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel, li għandu 65 sena u residenti Santa Venera, weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Leonard Caruana LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. 

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport