Tuesday, December 24, 2024

Isqof Indjan ma jinstabx ħati li stupra soru 13-il darba

Aqra wkoll

Isqof ġewwa l-Indja ma nstabx ħati ta’ abbuż sesswali fuq soru, liema każ allegatament seħħ bejn l-2014 u l-2016.

Franco Mulakkal, ta’ 54 sena, kien ġie arrestat ġewwa l-istat ta’ Kerala fl-2018 f’każ li kien ixxokkja lill-komunità Kristjana kollha ġewwa dan il-pajjiż. Huwa dejjem qal li hu innoċenti.

Is-soru allegat li l-isqof stupraha xejn inqas minn 13-il darba u l-aggressjonijiet seħħew meta dan kien żar l-kunvent fejn tgħix ġewwa l-belt ta’ Kottayam ġewwa Kerala.

Dan il-każ kien qajjem għadd ta’ protesti kbar ġewwa dan il-pajjiż wara li s-soru kienet allegat li l-Knisja Kattolika ma tatx kas dak li hi kellha xi tgħid. Min-naħa tiegħu l-Vatikan kien waqqaf temporanjament lil dan l-isqof mill-impenji tiegħu. 

Ġara li fil-ġuri li sar illum fil-qorti ta’ Kerala, l-isqof ma nstabx ħati u dan hekk kif il-Qorti qalet li, “il-prosekuzzjoni naqset milli tipprova l-akkużi kollha fil-konfront tal-akkużat.” 

Fid-dawl ta’ dan l-avukati tas-soru qalu li huma se jkunu qegħdin jikkontestaw dan il-verdett fl-ogħla qorti. Min-naħa l-oħra t-tim legali tal-isqof qal li huma “ġabu fix-xejn kull evidenza” li tressqet kontra l-klijent tagħhom. 

Ekonomija

Sport