Nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru, f’lukanda ewlenija f’San Pawl il-Baħar, Island Karting Club u Karting Club Malta organizzaw is-serata ta’ preżentazzjoni tal-ewwel Kampjonat Nazzjonali tal-Karting fit-trakka l-ġdida, La Reve, f’Ħal Far.
Mason Barun rebaħ il-Klassi Entry Level. Daniel Abela rebaħ il-Klassi Mini 60CC, Kieran Galea rebaħ il-Junior 125cc, u Micah Scicluna rebaħ il-Klassi Vortex Rok GP. Fl-aħħarnett, Nicky Gauci rebaħ il-Klassi Rotax Max.
Il-president tal-Malta Motorsport Federation, Duncan Micallef, u l-viċi-president William England, flimkien mal-president tal-Island Karting Club, Jason Mangion u l-viċi-president Tonio Mizzi, indirizzaw lil dawk preżenti.
Huma rringrazzjaw lil dawk li kkontribwew għas-suċċess ta’ dan il-kampjonat u wegħdu kampjonat aħjar u akbar is-sena d-dieħla.
Il-preżentatriċi Maltija Claire Agius ospitat il-preżentazzjoni f’isem Island Karting Club u Karting Club Malta.