Thursday, April 25, 2024

Issir il-preżentazzjoni tal-ewwel kampjonat nazzjonali tal-karting

Aqra wkoll

Nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru, f’lukanda ewlenija f’San Pawl il-Baħar, Island Karting Club u Karting Club Malta organizzaw is-serata ta’ preżentazzjoni tal-ewwel Kampjonat Nazzjonali tal-Karting fit-trakka l-ġdida, La Reve, f’Ħal Far.

Mason Barun rebaħ il-Klassi Entry Level. Daniel Abela rebaħ il-Klassi Mini 60CC, Kieran Galea rebaħ il-Junior 125cc, u Micah Scicluna rebaħ il-Klassi Vortex Rok GP. Fl-aħħarnett, Nicky Gauci rebaħ il-Klassi Rotax Max. 

Il-president  tal-Malta Motorsport Federation, Duncan Micallef, u l-viċi-president William England, flimkien mal-president tal-Island Karting Club, Jason Mangion u l-viċi-president Tonio Mizzi, indirizzaw lil dawk preżenti. 

Huma rringrazzjaw lil dawk li kkontribwew għas-suċċess ta’ dan il-kampjonat u wegħdu kampjonat aħjar u akbar is-sena d-dieħla.

Il-preżentatriċi Maltija Claire Agius ospitat il-preżentazzjoni f’isem Island Karting Club u Karting Club Malta.

Sport