Tuesday, April 30, 2024

It-tfajla ta’ 19-il sena li kienet involuta f’inċident traġiku toħroġ mill-ITU

Aqra wkoll

Wara madwar ġimgħa u nofs tissielet għal ħajjitha, fl-aħħar ħin ingħatat aħbar sabiħa hekk kif sar magħruf li t-tfajla ta’ 19-il sena li kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ f’Ħal Luqa ftit tal-jiem ilu ħarġet mit-Taqsima tal-Kura Intensiva hekk kif il-kundizzjoni tagħha qalbet għall-aħjar.

Għal din l-aħbar ma naqsux għadd kbir ta’ kummenti fuq il-midja soċjali fejn awgurawlha fejqan ta’ malajr.

Fl-inċident traġiku sfortunatament kien tilef ħajtu Ismael Grima, żagħżugħ ta’ 21 sena, magħruf bħala ż-Zy. Huwa ġie deskritt bħala żagħżugħ ċajtier u ferrieħi li kien jiġbed in-nies lejh.

Sport